"Irrid ngħidlek xi ħaġa. Hija importanti…
Rigward xi ħaġa inviżibbli li tassew tmiss il-ħajja tagħna lkoll
Tinsab madwarna.
Madankollu, spiss ma ninnutawhiex biżżejjed
Jew ninnutawha biss meta tisparixxi
Meta jkun tard wisq
Hija post uniku ħafna
Post fejn kulħadd huwa milqugħ
Ikun liema jkun it-tim li żżomm miegħu Jew il-ħwejjeġ li tilbes
Post fejn tista' titkellem liberament mingħajr ma tmur il-ħabs
Post fejn ma tmutx għal troffa xagħar
Post fejn il-ġejjieni mhuwiex f'idejn bniedem wieħed
Fejn tista' tbus lil min trid
Fejn nistgħu nħossuna siguri u nieħdu ħsieb xulxin
U post li uliedna jkunu jridu jgħixu fih, ukoll
Post fejn ningħaqdu kontra l-avversità U li minnu niddeċiedu l-futur tagħna flimkien.
Hija post prezzjuż,
tissejjaħ demokrazija,
Ejja nżommuha b'saħħitha, flimkien."
Issieħeb ma' together.eu għad-demokrazija