Minn dakinhar ’l hawn, Vasco sar membru attiv tal-komunità Unidos.eu (flimkien.eu) u l-inizjattiva tiegħu “Jien Nivvota” (EU Voto), li għandha l-għan li tippromwovi l-parteċipazzjoni ċivika u l-votazzjoni fl-elezzjonijiet, kienet ir-rebbieħa nazzjonali tal-Premju taċ-Ċittadin Ewropew fl-2023.
Vasco ma jridx biss li n-nies jingħaqdu magħhom – irid li leħinhom u l-opinjoni tagħhom ikollhom piż fil-mod kif jitmexxew l-affarijiet. Jemmen li anke sforzi żgħar minn kull persuna jagħmlu d-demokrazija tagħna aktar b’saħħitha.
L-impenn ta’ Vasco jispirana biex nibqgħu nistinkaw għal soċjetà fejn kulħadd ikun involut fit-tiswir tal-futur tagħna.
Huwa jemmen li “d-demokrazija taħdem aħjar meta kulħadd jipparteċipa”, u f’dar-rigward naqblu miegħu kompletament. Dan huwa kruċjali għall-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin fl-2024. #UżalVotTiegħek, tinsiex!